Li niskreditaw lill-esperti mediċi jkun perikoluż – Kamra tal-Kummerċ

A-middle-aged-Italian-couple-wearing-face-masks-stroll-along-the-main-street-in-the-town-of-Rieti-Italy-Gabriella-Clare-Marino-coronavirus1

Read in English.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li għandha fiduċja fis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika u fl-Awtoritajiet tas-Saħħa u li wieħed jiskredita lill-esperti mediċi jkun irresposabbli u perikoluż.

Fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ qalet li tajjeb li wieħed jinnota l-passi pożittivi fuq livell internazzjonali dwar l-iżvilupp ta’ vaċċin effettiv għall-Covid-19. Żiedu li dawn l-avvanzi jżidu t-tama li l-vaċċin ikun disponibbli fil-futur viċin. Il-kamra tal-Kummerċ ħeġġet biex kulħadd jaġixxi b’mod responsabbli għall-benefiċċju ta’ kulħadd.

Il-Kamra qalet li bl-għadd ta’ każijiet ġodda ta’ COVID-19 li qed jaqbżu 100, n-numru ta’ mwiet ta’ kuljum mistenni jkompli jitla’ matul il-ġimgħat li ġejjin. Huma appellaw li huwa imprtanti li kulħadd jisma’ d-direttivi maħruġa mill- Ministeru tas-Saħħa, u l-Awtoritajiet tas-Saħħa kollha, u jsegwi l-protokolli kollha tas-sigurtà b’mod diliġenti u responsabbli.

Il-Kamra tal-Kummerċ żiedet li kull tentattiv biex jiġi skreditat ix-xogħol tal-esperti xjentifiċi f’dan il-qasam, jew ixerred id-dubju dwar il-miżuri mhuwiex biss irresponsabbli, iżda perikoluż ħafna. Il-Kamra kompliet li hija tikkundanna kwalunkwe aġir bħal dan u qalet li wieħed ma jistax jaffordja li jitlef il-kotroll tas-sitwazzjoni minħabba informazzjoni ħażina.