Aġġornata: ​“Li l-Gvern insista li jmur għad-dibattitu juri li għandu x’jaħbi” – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-fatt li l-Gvern baqa’ jitrateni u jinsisti li jmur għad-dibattitu dwar l-enerġija mingħajr ma jippubblika l-kuntratti, jagħti x’jifhem li l-kuntratti jintnu u li għandu x’jaħbi.
Fi stqarrija, il-PN sostna li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti li l-kuntratti jiġu ppubblikati qabel isir dibattitu Parlamentari.
Żied jgħid li l-Gvern ma kellux triq oħra ħlief li jċedi għall-pressjoni mill-Oppożizzjoni, li d-dibattitu dwar l-enerġija ma jsirx, qabel il-Gvern jippubblika l-kuntratti kollha li ffirma dwar l-enerġija.
Spjega li l-Gvern għamel kull attentat biex jagħmel dibattitu Parlamentari mingħajr mozzjoni, xi ħaġa li tmur kontra l-prassi Parlamentari sakemm ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat. 
Reazzjoni PL
Sadanittant, fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil qed ikaxkar saqajh biex jitkellem fuq ftehim li se jsalva l-Enemalta. Żied jgħid li b’hekk qed jimblokka d-diskussjoni fuq l-ikbar investiment barrani li qatt ra l-pajjiż.