“Li ġġarrab telfa f’dawn iż-żminijiet hi dejjem kerha” – Deo Grech

L-aħbar tal-mewt ta’ Raymond Gialanze ħasdet lil bosta, speċjalment liż-Zabbarin. Gialanze mhux biss kien għalliem iżda wkoll fotografu professjonali.

Gialanze kien membru fis-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae. Hemmhekk kien jagħti kontribut bħala soċju-onorarju u fotografu benefattur. Kien ilu jagħmel dan għal dawn l-aħħar 25 sena.

Bosta kienu dawk li ħallew messaġġ biex isellmu lil Gialanze u anki jwasslu l-kondolajnzi lill-qraba tal-familja ta’ Gialanze.

Fost dawn hemm il-messaġġ tal-preżentatur Deo Grech, li kiteb li “Li ġġarrab telfa hi dejjem aħbar kerha. Li ġġarrab telfa f’dawn il-jiem hi ta’ għafsa ta’ qalb ikbar. Li ġġarrab telfa ta’ bniedem bħalek Raymond hi ħasda enormi u telfa kbira mhux biss għall-familjari tiegħek iżda għal kull min jafek.”

Kondoljanzi lill-familja ta’ Raymond Gialanze.