Lhud maqtula f’aggressjoni oħra bi skieken fl-Iżrael

Il-vjolenza kompliet ukoll fl-Iżrael fejn żewġt irġiel Lhud inqatlu u t-tielet wieħed indarab wara aggressjoni bi skieken f’ċentru kummerċjali.
Il-Pulizija ta’ Tel Aviv iddeskriviet dak li seħħ bħala attentat hekk kif spjegat li wieħed miż-żewġ aggressuri ġie “newtralizzat” u għaddejja tfittxija għat-tieni wieħed.
L-aggressur f’idejn il-Pulizija hu Palestinjan.