​Lezzjonijiet tal-mużika għall-persuni b’diżabilità

Persuni b’diżabilità se jkunu qed jingħataw lezzjonijiet tal-mużika b’mod magħmul apposta għalihom.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-parteċipanti tal-proġett Equality in Music li qed jiġi ffinanzjat mill-Premju tal-President għall-Kreattività.
F’dan il-proġett, il-Professur Markku Kaikkonen mill-Finlandja se jkun qed jagħti lezzjonijiet tal-mużika lill-persuni b’diżabilità intelletwali. Fl-aħħar ta’ dan il-proġett, dawn il-persuni se jkunu jistgħu jdoqqu strument mużikali bħal sħabhom l-oħra.
L-Assoċjazzjoni tad-Down Syndrome qalet li tħoss li l-mużika għandha ssir parti mill-inklużjoni u li dan il-proġett għandu jgħin ħafna biex din il-viżjoni sseħħ.
Ritratti: DOI – Kevin Abela, OPR