Lezzjoni mhux tas-soltu mingħand ta’ Klassi Għalina

Il-coronavirus mhux qed tbeżża’ lil dawk ta’ Klassi Għalina, li ddeċidew li f’dan iż-żmien jagħmlu kuntatt mas-segwaċi tagħhom. Għalkemm ngħiduha kif inhi, xorta se jkunu qed iżommu d-distanza.

Filfatt dan se jkun qed iseħħ illejla, it-Tlieta 7 ta’ April, fis-6.30pm fuq il-paġna Facebook ta’ Klassi Għalina fejn se tkun qed titwassal lezzjoni differenti minn tas-soltu.

Naħsbu li biex innaqqsu ftit mit-tensjoni jkun aħjar jekk ningħaqdu magħhom u nitbissmu ftit. X’taħsbu?