​Lewandowski jrid jibqa’ magħna – Heynckes

Lejlet l-isfida klassika tal-lum bejn Bayern Munich u Borussia Dortmund tkellem il-kowċ attwali tat-tim mill-Bavarja Jupp Heynckes u d-diskors waqa’ fuq il-futur tal-attakkant prolifiku tagħhom Robert Lewandowski.
kont il-kowċ ta’ 73 sena, il-plejer Pollakk ma jixtieqx jitlaq lill-klabb li jilgħab fl-Allianz Stadium minkejja illi qed jiġi attirat minn offerta sustanzjuża minn Real Madrid.
Heynckes, illi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun se jirtira mill-kariga ta’ kowċ, qal illi Lewandowski jinsab għal qalbu hawnhekk u jekk dejjem jibqa’ ma’ Bayern Munich jista’ saħansitra jaqbeż ir-rekord li għamel hu stess ta’ 220 gowl fil-Bundesliga.
Fil-fatt bħalissa Lewandowski skorja 170 gowl f’dan il-kampjonat.