Lewandowski bejn Chelsea u Man Utd

Chelsea jinsabu f’taqtiegħa mar-rivali tagħhom mill-Premier League Ingliż Manchester United sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant Pollakk ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski.
Dan tal-aħħar matul il-ġimgħa li għaddiet stqarr illi jixtieq iċ-ċaqliqa lejn destinazzjoni oħra wara li ħass illi għamel żmienu ma’ Bayern Munich.
Skont il-gazzetta The Sun, l-attakkant ta’ 30 sena qed jissemma’ b’insistenza illi jingħaqad ma’ xi klabb fl-Ingilterra u dan is-sajf għandu jkun intensiv għalih sabiex flimkien mal-aġent tiegħu jinnegozja kuntratt ġdid.
Sadanittant Lewandowski għandu ftehim mal-klabb mill-Bavarja sas-sena 2021.