Lestu l-ġkieket!

sun rain clouds

Fl-aħħar ġimgħat il-Gżejjer Maltin esperjezaw jiem sħaħ ta’ xemx u ftit kienu dawk il-ġranet kesħin jew msaħħbin. Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, l-Erbgħa li ġej mistenni jiżdied ir-riħ mit-Tramuntana għall-Majjistral li jleħħaq sa forza 7.

Matul dawn il-ġranet it-temperatura mistennija tonqos ukoll. Fl-aħħar jiem it-temperatura kienet qed titla’ għal madwar 18°C u tinħass 19°C. L-Erbgħa li ġej it-temperatura mistennija tonqos għall-14°C u tinħass 10°C.

Il-Ħamis it-temp mistenni jkun imsaħħab bl-ogħla temperatura tkun dik ta’ 12°C  u l-inqas 7°C filwaqt li l-Ġimgħa u s-Sibt it-temp mistenni jkun xemxi. L-indiċi tal-UV se jkun 3.