Lesti li nirbħu wkoll lil Liverpool – Raul Jimenez

Raul Jimenez stqarr li flimkien mall-bqija tat-tim se jkunu qed jissieltu biex iwaqqfu r-ritmu li qabdu Liverpool din is-sena.

L-attakkant u l-bqija tat-tim se jmorru Anfield kunfidenti wara li nhar il-Ġimgħa kellhom logħba mill-aqwa kontra Manchester Cuty. Huma rebħu l-logħba bl-iskor ta’ 3-2. It-tim ta’ Nuno Espirito Santo ħalew lil City bla kliem u temmewlhom il-ħolma li jirbħu t-titlu. Wolves kienu żewġ gowls minn taħt iżda rnexxielhom jirkupraw sew u waslu rebħu l-logħba.

Jimenez skurja l-gowl tad-draw qabel ma’ Matt Doherty skurja l-gowl rebbieħ, tard fil-logħba. Bil-logħba kontra Liverpool ftit sigħat bogħod, Jimenez ħeġġeġ lil sħabu biex jemmnu li jistgħu jirbħu wkoll din il-logħba.