
Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti lesti jilqgħu kwalunkwe ‘rigal tal-Milied’ li jogħġobha tibagħtilhom il-Korea ta’ Fuq. Dan wara li l-Korea wissiet b”rigal tal-Milied’ li beħsiebha tibgħat, li l-Amerikani qed jaħsbu li hu xi test ta’ missila.
Trump irreaġixxa biċ-ċajt u qal li forsi hu xi rigal sabiħ, bħal xi vażun.
It-twissija tal-Korea ta’ Fuq ġiet fil-bidu ta’ dan ix-xahar wara li l-mexxej Kim Jong Un ta lill-Istati Uniti sal-aħħar tas-sena ċans biex jipproponu konċessjonijiet ġodda fid-diskussjonijiet fuq it-tensjonijiet nukleari bejn iż-żewġ avversarji.
Il-Korea ta’ Fuq akkużat lill-Istati Uniti li qed jippruvaw iġebbdu d-diskussjonijiet fuq id-denuklearizzazzjoni qabel ma Trump jerġa’ jipprova jiġi elett is-sena d-dieħla. Qalet li f’idejn l-Istati Uniti x’rigal tagħżel li tirċievi mingħandha.