Skont l-Assoċjazzjoni Ingliża tal-Veterinarji l-pets jagħmlilhom aktar ġid dak l-ikel ibbażat fuq l-insetti milli jekk tagħtihom l-aqwa stejk.
Dawk li jiffavorixxu l-proteini miksuba mill-insetti jsostnu li dan l-ikel joffri alternattiva li hi aktar favur l-ambjent milli l-ikel tradizzjonali għall-pets.
Il-kumpanija Olandiża Protix, li tgħid li għandha l-akbar razzett fid-dinja tal-insetti, tikkalkula li meta mqabbel maċ-ċanga l-ikel ibbażat fuq l-insetti juża 2% tal-art u 4% tal-ilma f’kull kilogramm ta’ proteina.