Lest tilqa’ din l-isfida?

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-iScouts ħabbar li nfetħet ir-reġistrazzjoni għall-kampanja Explore u li l-ewwel sett ta’ sfidi ġew ippublikati.
Żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-30 sena jistgħu jingħaqdu f’timijiet ta’ tnejn sa ħames persuni, jirreġistraw b’xejn u jibagħtu ritratti jew filmati tagħhom infushom jagħmlu dawn l-isfidi.
Explore hi kampanja bl-għan li tinkoraġġixxi liż-żgħażagħ ikunu aktar attivi fis-sajf permezz ta’ sfida nazzjonali permezz ta’ fondi mill-iskema ‘Be Active’ tal-Aġenzija Żgħażagħ.
Biex tirreġistra għal din l-isfida tista’ tidħol fuq din il-ħolqa, filwaqt li biex tara l-ewwel sett ta’ sfidi tista’ tidħol hawnhekk.