Lest tħallas €181 għall-burger?

Ristorant fi New York City dalwaqt se jibda jbigħ burger għall-prezz ta’ €181. Din il-burger qed tissejjaħ l-‘Indulgance Burger’ u se tingħata t-titlu bħala l-burger bl-ogħla prezz fi New York City.
Għalkemm għandha daqs normali, tinkludi ingredjenti differenti milli nsibu f’burgers oħra, fosthom il-kavjar.
Din mhix l-ewwel darba li l-prezz ta’ burger partikolari għoliet ferm, u xi drabi parti mid-dħul ingħata bħala donazzjoni lill-missjoni.