Lest tagħmel ġimgħa mingħajr tiekol laħam?

F’Malta qed tiġi organizzata kampanja biex min jixtieq jagħmel ġimgħa ma jikolx laħam. Il-paġna fuq Facebook Malta Meat Free Week qed tinkoraġixxi lill-Maltin biex jagħmlu dan għall-aħjar ta’ saħħithom, għall-ambjent, għad-drittijiet tal-annimali u għall-ġuħ fid-dinja.

VeggyMalta.com qed tippromovi din il-kampanja u qed toffri l-għajnuna tagħha billi waqqfet sit elettroniku fejn wieħed jista’ jissieħeb għal din l-isfida. Huma qed jipprovdu numru ta’ riċetti li wieħed jista’ jsajjar mingħajr ma juża l-laħam.

Jekk tixtieq tgħin f’din il-kawża jew issir taf aktar dwarha żur il-paġna ta’ Facebook ta’ Malta Meat Free Week jew żur is-sit elettroniku.