​Lest nagħti l-almu tiegħu sakemm nibqa’ ma’ Arsenal – Ozil

Minkejja kull kritika li saritlu, l-internazzjonali Ġermaniż ta’ Arsenal, Mesut Ozil insista illi sakemm idum ma’ Arsenal ser jibqa’ jagħti l-almu kollu tiegħu.
Għalkemm bħalissa qed jinstemgħu ħafna xnigħat li dan il-plejer eventwalment se jħalli l-klabb, Ozil insista li qed iħoss illi qed jgħin biżżejjed lill-Gunners kemm fil-kampjonat, fit-tazzi domestiċi u fil-UEFA Europa League.
Xi ġurnali fil-ġimgħat illi għaddew żvelaw illi Ozil qal lil sħabu illi kien se jingħaqad ma’ Manchester United fis-suq tat-trasferimenti li ġej u dan ġab xi ftit ta’ alarm mad-diriġenti u partitarji ta’ Arsenal.
Il-plejer ta’ 29 sena jinsab fl-aħħar sena tiegħu fil-kuntratt u s-sid tal-klabb Stan Kroenke ma setax jaħbi x-xewqa li jippruvaw jikkonvinċu l-plejer biex jibqa’.