Lest ma tixtrix ilma fi fliexken tal-plastik?

L-għaqda mhux governattiva Friends of the Earth Malta nediet l-inzjattiva Plastic Free Pledge bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart (EWWR).
B'din l-inizjattiva, il-poplu hu mħeġġeġ li jirrifjuta milli juża basktijiet tal-plastik għal darba biss, ma jixtrix ilma fi fliexken tal-plastik u ma  jużax frieket u skieken li jintużaw darba biss.
Anastasia Finkel, il-kordinatriċi tal-proġett f’isem Friends of the Earth spjegat kif l-ammont ta' skart jista' jitnaqqas bl-ammont iġġenerat. Saħqet li Malta m'għandhiex il-faċiltajiet neċessarji biex isir ir-riċiklaġġ f’Malta u għalhekk dan jintbagħat barra. Fi kliemha, dan ikompli jżid mal-carbon footprint.
Il-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart għaddejja bħalissa u se tiġi fi tmiemha nhar il-Ħadd li ġej.
Aktar dettalji fuq is-sit www.foemalta.org/plasticfreepledge