Lest li tħallas għat-tonn daqs dan il-klijent?

F’Tokjo fil-Ġappun, jiftħu s-sena l-ġdida b’irkant tradizzjonali mhux tas-soltu.
Dan għaliex flok oġġetti rari jew prezzjużi, ibiegħu l-ħut.
L-attenzjoni, anke din id-darba, waqgħet fuq it-tonn hekk kif ħuta ta’ 180 kilogramma nbiegħet għal 4.5 miljun yen, l-ekwivalenti ta’ €31,000!
Min xtraha rnexxielu jegħleb il-konkorrenza għar-raba’ sena konsekuttiva.
Kiyoshi Kimura hu president ta’ katina ta’ ristoranti tas-sushi.
Offra mill-ewwel l-ogħla prezz biex qata’ nifs is-sidien l-oħra tar-ristoranti konkorrenti.
Min jaf xi prezz se jitlob għas-sushi fir-ristoranti tiegħu?