Lest li noffri s-servizzi tiegħi għall-Partit Laburista – Andy Ellul

Read in English.

L-avukat Andy Ellul qal li hu lest li joffri s-servizzi tiegħu kemm għall-ġid tal-Partit Laburista kif ukoll għall-pajjiż.

Hu qal dan permezz ta’ Facebook post wara li sostna li rċieva diversi messaġġi dwar il-fatt li hemm siġġu nieqes fir-raba distrett. Qal li dan jista’ jimtela’ biss permezz tal-mekkaniżmu tal-co-option.

Grazzi lil dawk kollha li fi ftit hin baghtuli numru ta' messaggi dwar il-fatt li issa hemm siggu nieqes fuq ir-raba'…

Posted by Andy Ellul on Wednesday, October 14, 2020

Ilbieraħ, Etienne Grech irriżenja minn Deputat Parlamentari. Dan tħabbar mill-Partit Laburista fi stqarrija. Il-PL spjega li r-riżenja hija minħabba raġunijiet personali.

Fil-jiem li ġejjin mistenni jiskatta l-mekkaniżmu għall-koptjar biex jimtela s-siġġu parlamentari.

Din hi t-tieni riżenja fi ħdan il-Grupp Parlamentari tal-PL fl-aħħar ġimgħat wara li l-ġimgħa li għaddiet irriżenja l-eks Prim Ministru Joseph Muscat minn Membru Parlamentari.

Is-siġġu parlamentari tiegħu x’aktarx li tieħdu l-MEP Miriam Dalli.