Lest għat-tin u r-rock f’Għawdex dan il-weekend?

Justyne Caruana Chris Camillieri

Read in English.

Il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex, qed jorganizza festival ta’ rock u tin fil-lokalità. Mil-lejla u l-lejl ta’ għada, il-festival se jgħaqqad artisti, mużiċisti u koki, b’din il-frotta sajfija fil-qofol tal-attivitajiet.

Il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana qalet li għaddejja ħidma kbira mill-Ministeru biex il-prodott agrikolu u gastronomiku Għawdxi jiġi promoss u għalhekk il-Ministeru qed ikun spnsor ewlieni tal-attività.

Skont il-Kunsill, l-artisti li se jieħdu sehem fil-kunċert ta’ rock klassiku bl-isem ta’ Hilltop Rock se jkunu Cash & Band, Chris Grech, Cheryl Balzan, Kevin Mc Gowan u Chris Portelli.

Mill-aspett kulinarju Chef Dario se jkun qed iwettaq sessjonijiet ta’ tisjir, u jagħti pariri għal tisjir bnin, se jkun hemm ukoll stands tal-ikel bi prodotti tat-tin, u żona għat-tfal.