Leone goes Pop għall-ewwel darba fil-ġonna ta’ Villa Rundle

Għall-ewwel darba fi tmien snin, il-kunċert Leone Goes Pop se jsir fil-ġonna ta’ Villa Rundle fir-Rabat Għawdex.
Il-kantanti Kurt Calleja u Raquel se jkunu l-artisti ewlenin li se jakkumpanjaw il-banda Leone magħmula minn 80 persuna.
Se tindaqq mużika ta’ Led Zeppelin u 883, b’taħlita ta’ mużika latina, rock, jazz, pop u blues.
Il-kunċert se jsir nhar is-Sibt li ġej fid-9pm u d-dħul huwa b’xejn.
Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, mis-Sindku tar-Rabat Għawdex Samuel Azzopardi u mill-President tas-Soċjetà Filarmonika Leone Dr Michael Caruana.