Leo: rispettabbli u dejjem bid-daħka fuq wiċċu – timijiet tar-rugby

Leo Mifsud, eks-plejer tar-rugby miet fl-età ta’ 50 sena. Jihder li l-kaġun tal-mewt kien attakk tal-qalb. Hu lagħab mall-klabbs ta’ Phoenicians, Stompers, Valletta Lions u Falcons. Huwa rtira ftit tas-snin ilu mill-isport. Hu kien jagħmel parti mill-ewwel tim nazzjonali Malti li lagħab b’mod kompetittiv.

Mifsud baqa’ jilgħab mat-tim nazzjonali sal-2007.

Fuq Facebook, kienu bosta dawk li esprimew id-dispjaċir għat-telfa ta’ Leo. Fosthom kien hemm it-timijiet tar-rugby Kavallieri, Stompers u Falcons. It-timijiet taw il-kondoljanzi tagħhom lill-membri tal-familja ta’ Leo.

Huma ddeskrivewh bħala persuna rispettabbli u dejjem bid-daħka fuq wiċċu.

Kavallieri Rugby Football Club are deeply saddened with the news of the demise of Leo Mifsud. He was a true gentleman on…

Posted by Kavallieri Rugby Football Club on Sunday, January 5, 2020

The entire Stompers family is shocked and saddened by the sudden demise of our brother Leo Mifsud (Cocci). A…

Posted by Stompers Rugby Football Club Malta on Monday, January 6, 2020

Extremely shocked and saddened over the passing of ex-team mate, dear friend and father Leo. Thoughts and prayers with his family in this difficult time. May he rest in peace.

Posted by Falcons RFC Malta on Sunday, January 5, 2020

Nick Gatt Coleiro, ħabib ta’ Leo għamel ukoll filmat iddedikat lejn l-eks plejer tar-rugby. 

Leo Mifsud Tribute (1969-2020)Former Malta Rugby Union International

Posted by Nick Gatt Coleiro on Sunday, January 5, 2020