Leo kif kien jittrattaha lil Bella?

Sorelle jkompli llum il-Ħamis fit-3pm fuq TVM fejn se naraw jekk Angela hux sejra toqgħod f’Dar l-Anġli jew jekk inkella reġax bdielha.

Janice tixtieq tkun taf kif Maxine kien irnexxhiela ssib lil Jodi. Tgħid tgħidilha jew le?

Leo kif kien jittrattha lil Bella? X’kien jagħmlilha? U Sully x’kien qed jagħmel f’Dar l-Anġli?

Sorelle għandu kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber bi produzzjoni ta’ Rewind.

Apparti li tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-ħin tat-3pm, Sorelle jkollu repetizzjoni fl-istess jum fil-11.25pm u l-għada fis-6.15am. Il-puntati tal-ġimgħa kollha jerġgħu jixxandru s-Sibt fuq TVM 2 mill-11am ‘il quddiem.