Leo, il-qattus famuż minn Pet Sematary, imut xahar wara li ħareġ il-film

Meta ħareġ il-film Pet Sematary f’April li għadda l-aktar karattru li għamel ħoss kien Leo, il-qattus, li jirxoxta mill-mewt. Il-film tal-biża’ hu bbażat fuq il-kitba ta’ Stephen King li ġġib l-istess isem. Il-bieraħ  it-trejner tiegħu ħabbar li Leo miet. Leo kien il-wiċċ tal-qattus li ntuża fil-poster tal-film.

Pet Sematary kien it-tieni darba li sar għax l-ewwel verżjoni ħarġet fl-1989. L-istorja hija dwar familja li ssib ċimiterju misterjuż li jirxoxta lill-mejtin.

Ta’ min ifakkar li fl-istess xahar kien miet qattus famuż ieħor, Grumpy.