Leo Brincat iressaq l-aġenda ta’ Malta dwar il-klima fin-Nazzjonijiet Magħquda

L-aġenda ta’ Malta dwar il-klima tressqet fin-Nazzjonijiet Magħquda mill-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat, kemm meta kien qiegħed jindirizza l-plenarja kif ukoll f’laqgħa bilaterali.
Waqt laqgħa bejn il-Ministru Leo Brincat u Ban Ki-Moon, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda stqarr li l-laqgħa taċ-CHOGM li se tinżamm f’Malta se tgħin biex tagħti spinta lill-konferenza dinjija ta’ Pariġi ta’ Diċembru dwar il-Klima.
L-istess sentiment esprimitu s-Segretarja Eżekuttiva tal-proċess dwar il-Klima tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Leo Brincat qal li Malta tinsab fit-triq it-tajba sabiex tilħaq il-miri Ewropej għas-sena 2020 dwar il-klima, filwaqt li hemm tħejjijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet kif mitlub mill-Unjoni Ewropea.