Ingredjenti
Għall-għaġina ħelwa
1 bajda
50g zokkor
125g butir jew marġerina
200g dqiq
nitfa melħ
Metodu
Ħallat flimkien il-bajda u z-zokkor.
Żid il-butir jew marġerina u ħallatgħal ftit sekondi biss.
Bil-mod il-mod żid id-dqiq u l-melħ.
Ħallat flimkien sakemm ikollok għaġina ratba.
Qabel tużaha ħalliha toqgħod ftit.
Ingredjenti Għall-meringue
4 abjad tal-bajd
200g zokkor
Metodu
Ħabbat l-abjad tal-bajd sakemm isiru bojod. Żid iz-zokkor ftit ftit u ħabbat sakemm jiffurmaw il-ponot
Ingredjenti biex tipprepara l-pie
200g għaġina ħelwa
Għall-mili tal-lumi
125ml ilma
100g zokkor
25g cornflour
25g butir
1 lumija
1-2 isfar tal-bajd
Metodu
Lesti l-għaġina fi flan ring u sajjar vojta.
Agħmel il-mili billi tgħalli l-ilma maz-zokkor u l-qoxra u l-meraq tal-lumija sakemm jibda jinxtorob. Dewweb il-cornflour fi ftit ilma u żidu mat-taħlita. Neħħi minn fuq in-nar, żid il-butir u ħabbat l-isfra tal-bajd fit-taħlita. Ferragħ fl-għaġina msajra u sajjar f’temperatura ta’ 200˚Ċ sakemm it-taħlita tal-lumi tagħqad u ħalli tiksaħ għal kollox.
Ippajpja l-merigue fil-wiċċ, daħħal f’forn b’temperatura baxxa u ħalli sakemm il-meringue tieħu kulur dehbi sabiħ.