Lemar jippreferi lir-Red Devils

Il-plejer li jilgħab mal-linja leminija, Thomas Lemar stqarr ma’ sit tal-internet Franċiż li iktar jippreferi jingħaqad ma’ Manchester United milli ma’ Arsenal.
Lemar, li jilgħab fi Franza ma’ Monaco, ilu jiġi mfittex mill-Gunners tul dan is-sajf però ma ġie konkluż l-ebda ftehim.
Hu stqarr li jixtieq jimxi fuq il-passi tal-kompatrijott tiegħu Anthony Martial li ngħaqad mar-Red Devils sentejn ilu.
Lemar ilu ma’ Monaco sa mis-sena 2015 u fil-passat kien jilgħab ukoll ma’ Caen.