Lejn it-tmiem tal-kampjonat premier

Illum ikompli l-kampjonat premier wara l-waqfa tal-Għid il-Kbir.
Illejla jkollna żewġ partiti fl-Istadjum Nazzjonali, fejn fis-6pm Sliema Wanderers jilagħbu kontra Mosta u Valletta kontra Balzan.
Fil-konfront bejn Mosta u Sliema, dawn iż-żewġ timijiet li huma ferm viċin ta’ xulxin, qegħdin fiċ-ċans li jaqtgħu l-biljett għall-Ewropa.
Fil-fatt Mosta qegħdin fir-raba’ post bi 28 punt, segwiti minn Sliema Wanderers b’27 punt.
Intant l-istennija l-kbira se tkun għall-konfront bejn Valletta u Balzan.
Valletta qed iħarsu bi ħġarhom lejn il-logħba tal-ġimgħa d-dieħla kontra l-liders Birkirkara.
Minn naħa l-oħra Balzan qegħdin ixxamplati fis-sitt post bi 18-il punt.
Għalhekk jekk Valletta jegħlbu l-Balzan, id-distakk bejn l-ewwel żewġ timijiet jerġa jkun dak ta’ żewġ punti.
Il-ġimgħa d-dieħla, fl-aħħar partita tal-kampjonat li se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fl-4pm fl-Istadjum Nazzjonali, jiġi deċiż jekk ikunux Birkirkara li jżommu t-titlu jew jekk imurx fil-Belt Kapitali.