19-il persuna arrestati fuq sejba ta’ droga fl-aħħar tas-sena

19-il persuna kienu arrestati matul il-lejl ta’ bejn il-31 ta’ Diċembru 2014 u l-1 ta’ Jannar 2015.
Huma kienu arrestati minn diversi postijiet ta’ divertiment wara li nstabu li kienu qed jabbużaw jew li kienu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati li huma droga.
16 mill-persuni arrestati kienu ta’ nazzjonalità Maltija u tlieta oħra ta’ nazzjonalità Franċiża, Rumena u Ingliża.
L-età tal-persuni tvarja bejn is-17 u s-39 sena.
Huma nstabu fil- pussess ta’ sustanza suspettata kokaina, ecstasy, mephidrone  u kannabis.