Lejliet il-Baġit kulħadd jitbissem – Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li qabel il-ġurnata tal-bagit kienet il-ġurnata tal-inkwiet, iżda illum taħt Gvern Laburista kullħadd jitbissem.

F’attivita’ politika fil-Hamrun, Muscat qal li l-prioritajiet tal-baġit li se jinqara għada fil-Parlament se jibqgħu l-ħolqien tax-xogħol, l-ambjent u wens lill-familji.

Muscat qal Malta għandha l-ikbar surplus kull ras fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għad-differenza ta’ dak li qed jiġri fil-pajjiż ġirien tagħna fosthom l-Italja li jridu jgħollu d-deficit ‘il fuq mit-3% previst mil-liġijiet Ewropej.

Huwa qal li mhux biss l-Gvern irnexxilu jagħmel surplus iżda jniżżel id-dejn pubbliku minn 75% tal-Ġid Nazzjonali għal 40%. Ftit jiem ilu, ġie ppubblika rapport li jixhed li l-78% tal-proposti tal-baġit ta’ din is-sena ġew implimentati waqt li fadal tliet xhur biex tintemm is-sena.

Il-Prim Ministru qal li l-baġit se jkun imsejjes fuq il-ħolqien tax-xogħol, waqt li l-Gvern issa qiegħed f’pożizzjoni li jitkellem dwar it-titjib fuq il-kundizzjoni tax-xogħol.

Huwa qal li minkejja mhix miżura tal-baġit, eluf ta’ persuni fuq il-paga minima se jaraw żieda ta’ €3 fil-ġimgħat frott ta’ miżura maqbula mas-sieħba soċjali. Fl-istess ħin, 170 ħaddiema fil-qasam tal-kura tal-anzjani se jieħdu żieda fil-pagi tagħhom wara numru ta’ snin. Wara l-ftiehem settorali bejn il-Gvern u l-Pulizija se jara lill-membri tal-korp jieħdu żieda fil-paga u kondizzjonijiet tagħhom. L-istess, il-ħaddiema tal-protezzjoni civili u s-suldati tal-Forzi Armati wara diskussjonijiet li mistenni fix-xhur li ġejjin.

Dwar l-anzjani, il-Prim Ministru qal li għar-raba baġit konsekuttiv, il-Gvern se jkun qed iżid il-pensjonijiet.

Huwa qal li l-whitepaper dwar il-kera sabet l-appoġġ tal-Caritas u l-iżviluppaturi li għall-ewwel darba qablu dwar it-triq il’quddiem għas-suq tal-kirjiet.

Dwar il-qasam tal-ambjent, il-Prim Ministru qal li l-baġit se jniedi riforma tal-skart dwar it-trattament tal-flixken tal-plastic. Huwa qal li fl-2019 se nerġgħu lura għas-sistema fejn il-konsumatur jingħata ħlas għal flixkien tal-plastic li jiġu rritornati.

Muscat qal li l-Gvern fil-baġit se jkun qed isaħħaħ is-sigurta’ f’lokalitajiet bħal Ħamrun u l-Marsa biex il-familji jħossuhom iktar siġuri f’darhom.

Mijiet jgħixu fil-garaxxijiet – PN

F’reazzjoni għal dak li qal Muscat, il-Partit Nazzjonalista qal li hawn mijiet ta’ familji li qed ikollhom jgħixu fil-garaxxijiet u aktar minn 72,000 persuna li jinsabu fir-riskju tal-faqar.

“Joseph Muscat mhux qed jindirizza l-problemi li ħoloq hu stess bil-politiku tiegħu li jrid ikabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni” qal il-PN.