Lejliet diskussjoni dwar l-embrijuni, il-Gvern jaġġorna l-Parlament

Il-Gvern aġġorna l-Parlament għal ħmistax minħabba l-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Dan sar ġimgħa wara li l-Parlament fetaħ wara l-vaganzi tal-Għid u jum biss qabel kellha tibda diskussjoni dwar l-estimi tal-Awtoritá dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Fi tmiem is-seduta, il-Whip tal-Gvern, id-Deputat Laburista Byron Camilleri informa lill-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia li l-Parlament kien se jkun aġġornat sat-Tlieta ta’ wara l-elezzjonijiet, anki minħabba l-fatt li l-attendanza tul l-aħħar ġranet ma kienx dik mixtieqa.

Madanakollu, l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal ma’ Newsbook.com.mt li ma kienx hemm qbil dwar dan. Sostna li din il-waqfa tal-Parlament minħabba kampanja elettorali għal dawn it-tip ta’ elezzjonijiet kienet qed issir għall-ewwel darba.

Ironikament, il-Parlament reġa’ fetaħ fil-bidu tal-kampanja elettorali għall-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali u jiltaqa’ biss għal ġimgħa u ġurnata.

Qabel il-waqfa għall-btajjel tal-Għid, il-Gvern kien ippublika l-aġenda kif tidher hawn taħt bl-aħħar diskussjonijiet dwar l-estimi ta’ dħul u nfiq tal-awtoritá pubbliċi kellha ssir fis-27 ta’ Mejju: