Lejla ta’ mużika minn films animati

Read in English.

Nhar is-SIbt 1 ta’ Frar f’Dar il-Mediterran titlifx lejla eċċezzjonali ta’ mużika mill-films klassiċi animati l-aktar maħbubin flimkien mal-Orkestra Metropolitana San Pawl u l-parteċipazzjoni tas-St Monica Vocal Ensemble u l-kor tat-tfal ta’ Stagecoach Malta be preżentazzjoni tal-magician Vanni Pulé.

Waqt l-ispettaklu The Magic of Dreams, se tindaqq mużika minn The Lion King, Aladdin, Beauty & the Beast, Little Mermaid, Pocahontas, Frozen u ħafna li tindaqq minn waħda mill-aqwa orkestri ta’ Malta mmexxija mill-Mro Mark Agius.  Minbarra ż-żewġ korijiet hemm ukoll il-parteċipazzjoni tas-Soprano Karen Gatt Darmenia, Kelsey Carabott u Catherine Farrugia, it-Tenur Mark Edward Mifsud, il-Baritonu Louis Andrew Cassar, Francesca Fenech u Alison Ellul. Il-mużika se tkun akkumpanjata b’animazzjoni fuq skrin biex tinkiseb lejla li ma tinsiex malajr.

Id-dħul se jkun b’risq iċ-Ċentru Mediku HopeXchange f’Kumasi, il-Ghana, sptar missjunarju Malti sostnut mill-Ghana Mission Foundation. L-avveniment huwa appoġġjat minn VisitMalta u l-Ministeru tat-Turiżmu.

 Biljett hotline fuq mcc.com.mt jew mill-bieb.