Lejla ta’ lapsus fil-Parlament

Il-Parlament illejla kien iddominat minn żewġ lapsus: l-ewwel wieħed tal-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil; it-tieni tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fid-diskors tiegħu fil-Parlament, waqt li kien qed isemmi lista ta’ akkużi li qed jaffaċċja l-Gvern, semma l-kumpaniji fil-Panama u l-involviment tal-eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers Adrian Hillman.  F’dak li ħafna qed jiddeskrivuh bħala gaffe kbir, Busuttil qal Delia minflok Hillman.
Ftit wara, waqt Point of Order, Joseph Muscat irrefera għal Simon Busuttil bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni.  Enfasizza li ma qalha bl-ebda skop. 
Kif jgħid l-Ingliż, Even Homer sometimes nods!