​Lejla ta’ ftajjar f’Għar Lapsi

F’Għar Lapsi se ssir attività soċjali fejn se jiġi servut varjetà ta’ ikel tradizzjonali Malti, fosthom il-ftira Maltija.
L-attività qed tiġi organizzata mill-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba bħala rikonoxximent lejn il-bandisti u l-voluntiera tal-Banda Madonna tal-Ġilju.
L-attività se ssir nhar it-Tlieta li ġej fis-6.30pm. Trasport se jkun provdut.
Aktar dettalji hawn.