Lejl bla ilma għal 5 lokalitajiet

Ħames lokalitajiet se tinqatgħalhom il-provvista tal-ilma minħabba xi xogħol ta’ manutenzjoni.

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma avżat li se tinqata’ l-provvista tal-ilma lejn Ħaż-Żebbuġ, Ħ’Attard, Ta’ Farżina f’Ħal Qormi, Triq Durumblat, iż-żoni taż-Żokkrija u Santa Margerita fil-Mosta u Triq l-Imġarr fl-Imġarr.

Dan se jsir illejla fid-9pm u l-provvista mistennija tiġi lura għan-normal għada fis-7am.

Il-Korporazzjoni skużat ruħha għal kull inkonvenjent.