Leicester wara Grealish

Leicester City jinsabu interessati fil-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Aston Villa Jack Grealish. Dan tal-aħħar jiswa madwar €23 miljun u skont l-istampa Brittanika, il-Foxes mistenni jżidu l-offerta tagħhom sabiex jirbħu l-kompetizzjoni ta’ Southampton li wkoll qed isegwu b’interess lil dan il-plejer.
Grealish għandu 22 sena u apparti midfielder jilgħab ukoll bħala winger. Hu ilu ma’ Aston Villa mis-sena 2012 fejn lagħab 88 partita u skorja disa' gowls.
Hu għamel żmien misluf ma’ Notts County.