Jamie Vardy u James Maddison skurjaw it-tnejn fil-logħba fejn Leicester rebħu kontra t-tim li qiegħed fil-qigħ tal-klassifika – Watford. B’din ir-rebħa reġgħu telgħu fit-tieni post.
Wara li l-ewwel taqsima ma ssarrfet fl-ebda gowl, Vardy fajjar xutt minn penalty wara li Adam Masina waqqa’ lil Jonny Evans fil-kaxxa. Kien gowl fil-ħin barrani li ssiġilla r-rebħa.
Ir-rebħa poġġiet lil Leicister lura fit-tieni post fuq Manchester City. Dan ifisser li qegħdin tmien punti taħt Liverpool li aktar tard rebħu bl-iskor ta’ 5-2 kontra Everton.
Din kienet is-seba’ logħba infila li Leicester irnexxielhom jirbħu.
Għal Watford it-telfa fissret biss li se jibqgħu fil-qigħ tal-klassifika.
Riżultati oħra:
Chelsea 2-1 Aston Villa
Manchester United 2-1 Tottenham Hotspur
Southampton 2-1 Norwich City
Wolverhampton Wanderers 2-0 West Ham United
Liverpool 5-2 Everton