Leicester jirbħu tmien logħbiet wara xulxin – rekord ġdid

Jamie Vardy skurja darbtejn fil-logħba fejn Leicester City rebħu lil Aston Villa. B’hekk Leicester kisru rekord tal-klabb għax irnexxielhom jirbħu tmien logħbiet infila fil-Premier League. Grazzi għal din ir-rebħa, Leicester jistgħu jżommu t-tama ħajja li jgħaddu lil Liverpool.

It-tim ta’ Brendan Rodgers komplew inaqqsu d-distakk b’rebħa konvinċenti ġewwa Villa Park.

Għal Vardy din kienet ukoll it-tmien logħba li skurja fiha.

Leicester baqgħu jżommu posthom fil-klassifika, iżda issa għandhom sitt punti vantaġġ fuq Manchester City, wara li t-tim ta’ Guardiola tilef kontra Manchester United nhar is-Sibt.

Riżultati oħra:

Aston Villa 1-4 Leicester City

Newcastle United 2-1 Southampton

Norwich City 1-2 Sheffield United

Brighton & Hove Albion 2-2 Wolverhampton Wanderers