Leicester iħabbru t-tluq ta’ Huth

Id-difensur ta’ 33 sena Robert Huth ser iħalli lil Leicester FC wara tliet snin u nofs mal-Foxes.
Il-kowċ Claude Puel sostna li ma setax jirrikorri għall-esperjenza tal-plejer Ġermaniż minħabba bosta injuries illi kellu Huth matul il-kampjonat.
Puel żied jgħid li Huth dejjem prova jinfluwenza b’mod pożittiv lit-tim u li ħaqqu ħafna tifħir għall-kontribuzzjoni tiegħu matul is-snin.
Huth, li lagħab ukoll ma’ Stoke, Middlesbrough u Chelsea, skorja 6 gowls fi 93 logħba ma’ Leicester u kellu rwol importanti fl-iskwadra li rebħet il-Premier League fl-2016.