Lego bl-ewwel figurin f’siġġu tar-roti

Lego ħabbret li din is-sena se tkun qed tbigħ l-ewwel figurini f’siġġu fir-roti tagħha.
Dan wara diversi petizjonijiet onlajn biex kumpanijiet li jagħmlu l-ġugarelli, bħalma hi Lego, jibdew jagħmlu wkoll figurini ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali.
Rebecca Atkinson, li ħolqot waħda minn dawn il-petizzjonijiet, qalet li ħafna bħalissa ħafna qed jibku bil-ferħ. Il-petizzjoni tagħha kienet ġabret iktar minn 20,000 firma.
Ritratti tal-figurini ġodda ġew ippubblikati onlajn wara l-fiera internazzjonali tal-ġugarelli f’Nuremberg fil-Ġermanja.