Leġiżlazzjoni kontra aħbarijiet foloz fis-Singapore

REUTERS/Dado Ruvic

Singapore qed taħdem fuq leġislazzjoni li twaqqaf il-fenomenu ta’ aħbarijiet foloz, li qajjmet il-protesti, hekk kif in-nies jaħsbu li l-gvern se jkollu wisq saħħa biex iwaqqaf in-nies milli jitkellmu b’mod miftuħ.

Il-liġi tirrikjedi li l-gvern jiddeċiedi dik li hi aħbar falza, u websajts bħal Facebook ikollhom miktub li hi aħbar falza. Barra minn hekk, il-gvern għandu s-saħħa jneħħi kummenti li jmorru kontra l-interessi tal-pubbliku. Din ġiet hekk kif jumejn ilu l-fundatur ta’ Facebook Mark Zuckerberg sostna li l-gvernijiet għandhom jieħdu iżjed interess f’leġiżlazzjonijiet li jikkonċernaw Facebook u websajts oħra ta’ midja soċjali.

Il-Ministru tal-Liġi ta’ Singapore sostna li din il-liġi mhux se twaqqaf in-nies milli jitkellmu, hekk kif il-liġi tikkonċerna biss l-apparenza ta’ fatti bħala veru, għalkemm huma foloz. B’hekk, opinjonijiet m’humix affetwati b’din il-liġi.