Erba’ ġuvintur mejta wara ħabta li nstemgħet bħal splużjoni f’Leeds

towed car

Erba’ ġuvintur mietu f’ħabta aktar kmieni llum f’Leeds. Il-vittmi, li kellhom 18,19,19 u 21 sena, kienu ċertifikati mejta fuq il-post tal-inċident.

Il-Pulizija ta’ Leeds issejħu b’emerġenza fi triq prinċipali f’Leeds wara li kien irrappurtat inċident serju aktar kmieni llum wara li diversi persuni allegaw li semgħu ħoss bħal dak ta’ splużjoni.

Mill-investigazzjonijiet jirriżulta li żewġ tfajliet ta’ 16 u 17-il sena ttieħdu l-isptar fejn ġew ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi serji. It-tfajla ta’ 16-il sena ġiet ċertifikata li tinsab f’kundizzjoni kritika.

Skont il-midja internazzjonali fil-ħin tal-inċident is-sitt vittmi kienu kollu rekbin f’vettura waħda li kellha impatt ma’ vettura oħra li kienet qed tiġi operata mis-servizz tat-taxi Uber.

Ix-xufier ta’ Uber, raġel ta’ 42 sena minn Bradford, ittieħed ukoll l-isptar fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji, imma mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.

Ritratti li ttieħdu fuq il-post juru l-ħsarat estensivi li sofrew iż-żewġ vetturi fuq il-post.