Leclerc jgħid li fadallu x’jitgħallem

Charles Leclerc qal li jiddispjaċih għal dak li qal u kif irreaġixxa meta ddubita l-istrateġija tat-tim tiegħu waqt il-Grand Prix ta’ Singapore.

Leclerc kien fuq quddiem iżda inqabeż minn sieħbu stess tat-tim Sebastian Vettel li fil-pit-stop, it-tim ta prijorita lill-Ġermaniż.

Dak il-ħin Leclerc kellem lit-tim minm fuq ir-radju għax ma setgħax jifhem l-għaliex. Iżda qal li rreaġixxa b’mod ħażin u ma kellux għalfejn. Ammetta li fadallu ħafna akta x’jitgħallem. Dan hu biss it-tieni staġun ta’ Leclerc fil-Formula 1 u l-ewwel staġun ma’ Ferrari. Għalkemm għadu żgħir beda jidher biċ-ċar li kapaċi jkun il-mexxej tat-tim fiż-żmien li ġej.

Iż-żgħażugħ ta’ 21 sena daħal qabel Vettel tmien darbiet wara xulxin. Irnexxielu wkoll jirbaħ żewġ grand prix qabel dik ta’ Singapore li kellu jċediha lil Vettel.