Aġġornat: Libaniż fil-periklu tal-mewt wara li jaqgħu x-xorok fuqu

Ħaddiem Libaniż ta’ 57 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu weġġa’ fuq il-post tax-xogħol meta ċeda saqaf fuqu.
L-inċident ġara ftit qabel nofsinhar meta waqgħu x-xorok ta’ dar li fuqha kien qed jagħmel xogħol ta' rinnovazzjoni. Id-dar tinsab fi Triq il-Flotta, fil-Gżira.
Jirriżulta li l-Libaniż, li hu residenti l-Mosta, ġie ddikkjarat f'qagħda kritika wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei għalkemm fil-bidu ma kienx jidher li kien fil-periklu tal-mewt. 
Mal-Libaniż, kien hemm ħaddiem ieħor li iżda ma weġġax.