Learning hub f’Għajnsielem għall-persuni b’diżabilità

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità llum żaret is-sit f’Għajnsielem fejn se jinfetaħ learning hub għall-persuni b’diżabilità.
Dan il-learning hub, li se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu, hu intiż biex persuni b’diżabilità jingħataw taħriġ f’diversi oqsma. B’hekk jitgħallmu jgħixu ħajja indipendenti u jkabbru l-possibiltà li jkollhom opportunitajiet ta’ xogħol.
Illum bdew ix-xogħlijiet preparatorji biex jibda jitlesta dal-proġett, li se jsir fi prorpjetà mikrija mill-Knisja.