Leander jirbaħ HazZzard

Ritratt: Facebook/HazZzard

Id-disà staġun tal-avventura HazZzard waslet fi tmiemha lbieraħ filgħaxija fuq l-istazzjon One b’Leander Mizzi ddikjarat rebbieħ ta’ din l-edizzjoni.

L-avventura din is-sena bdiet f’Settembru u b’kollox kien hemm 9 parteċipanti.

L-istudjo għall-aħħar programm kien wieħed differenti mis-soltu fejn kienu preżenti l-parteċipanti kollha ta’ din l-edizzjoni, ovvjament inkluż dawk li kienu ġew eliminati.

Waqt il-programm tal-bieraħ il-5 parteċipanti li kien fadal kellhom l-aħħar sfida bil-finalisti mbagħad jittantaw xortihom biex jiftħu t-teżor.

L-aħħar tlett finallisti

It-tim tal-produzzjoni diġà qiegħed jippjana l-10 staġun ta’ din l-avventura.

Ta’ min jgħid, li minbarra d-diversi sitwazzjonijiet diffiċli li l-parteċipanti jiltaqgħu magħhom matul l-avventura, it-tim tal-produzzjoni joħloq sitwazzjonijiet biex jagħmilha aktar diffiċli. Biżżejjed ngħidu li t-tim tal-produzzjoni qabel tibda l-avventura, jistudja x’inhuma dawk l-affarijiet li huma għal qalb kull protagonist, sabiex waqt l-avventura il-parteċipant jigi mċaħħad minn dawk l-affarijiet li jħobb. Jiskopri ukoll minn qabel il-biżgħat tal-parteċipanti, u waqt l-avventura joħloq sitwazzjonijiet marbuta ma’ dawk l-istess bizghat. Dawn is-sitwazzjonijiet jagħmlu l-avventura iktar interessanti.