Leah Cauchi għas-Slavianski Bazaar Festival f’Lulju

L-organizzaturi tal-festival Slavianski Bazaar ħabbru llum li għall-edizzjoni li jmiss tas-Salvianksi Bazaar Festival li se jsir bejn it-8 u l-11 ta’ Lulju  f’Vitebsk, fil-Belarus, Leah Cauchi ta’ 12-il sena mill-Kalkara se tkun qed tikkompeti fil-Pop Song Performers.

Dan il-festival ilu jsir mill-1992 iżda l-kompetizzjoni għat-tfal bdiet fl-2003. Fil-kategorija tat-tfal, jistgħu jipparteċipaw kantanti bejn is-7 u 12-il sena. Hemm ukoll il-kategorija ta’ kantanti bejn it-18 u 31 sena.

Rebbieħa passati ta’ dan il-festival jinkludu artisti bħal Ruslana, li fl-2004 kienet rebħet il-Eurovision Song Contest.

Dan mhux se jkun l-ewwel festival fuq livell internazzjonali għal Leah Cauchi, u fil-fatt diġa’ ħadet sehem f’kompetizzjonijiet tal-kant bħal Voci Del Sud fi Sqallija, kif ukoll Music for Kids u Volare, it-tnejn li huma fir-Rumanija.