LEAD: Il-35 mara li se jintgħażlu, jitmexxew minn Joseph Muscat

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-programm LEAD tal-Partit Laburista, biex aktar nisa jersqu lejn id-dinja politika b’irwol attiv fl-ogħla istituzzjonijiet.
F’konferenza tal-aħbarijiet intqal li l-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun il-mentor għal dawk li jintgħażlu.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, li hi inkarigata minn dan il-proġett, qalet li l-applikazzjonijiet huma miftuħa għan-nisa li għandhom minn 16-il sena ’l fuq.
L-applikanti se jintalbu jgħidu x’inhuma l-ambizzjonijiet politiċi tagħhom kif ukoll biex jippreżentaw tliet inizjattivi li jemmnu li jistgħu jibdlu l-politika f’Malta.
Il-Bord tal-għażla se jkun immexxi mill-Avukat Lydia Abela. Dan il-Bord se jagħżel 35 applikant, wara intervisti li se jsiru bejn is-6 u t-13 ta’ Settembru.
L-applikazzjonijiet se jibqgħu miftuħa sal-4 ta’ Settembru. Il-formola tal-applikazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku