Le Meridien u Westin Dragonara jingħataw ċertifikat internazzjonali ambjentali

Il-lukandi Le Meridien u Westin Dragonara Resort ingħataw iċ-ċertifikat internazzjonali Green Key Eco Label mill-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis.
Il-Ministru qal li dan iċ-ċertifikat huwa rikonoxximent internazzjonali ta’ standard u eċċellenza li huwa mfittex mit-turisti.
Zammit Lewis qal ukoll li dan l-unur jinkoraġġixxi l-promozzjoni tal-eċċellenza fir-responsabbilità ambjentali u s-sostenibbilità fis-settur tat-turiżmu.
Filwaqt li rringrazzja lit-tmexxija taż-żewġ lukandi għall-ħidma tagħhom, il-Ministru għat-Turiżmu rringrazzja wkoll lin-Nature Trust għall-ħidma sabiex introduċu ċertifikazzjoni li tippromwovi l-edukazzjon ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli.

Ritratt: DOI – Omar Camilleri