Lazio mmultati €20,000 minħabba kummenti razzisti mill-partitarji

Lazio ġew immultati €20,000 wara li l-partitarji tat-tim abbużaw razzjalment lill-attakkant ta’ Brescia Mario Balotelli.

Il-logħba mis-Serie A li ntlagħbet nhar il-Ħadd kellha titwaqqaf għal ftit u nsema avviż biex iwaqqaf lill-partitarji milli jkantaw kanzunetti diskriminatorji kontra Balotelli. Il-plejer li għandu 29 sena aktar tard qal li l-partitarji misshom jistħu.

Balotelli detaħ l-iskor, iżda Lazio spiċċaw il-logħba b’rebħa ta’ 2-1. Il-partitarji kantaw kanzunetti abbużivi fl-ewwel taqsima tal-logħba.

Wara l-logħba Lazio qalu li huma qed jidisasoċċjaw ruħhom mill-atteġjament tal-partitarji li qed imorru kontra dak li t-tim jemmen. Lazio stqarrew li dan l-atteġjament qed iħalli isem ħażin fuq il-klabb.

F’Novembru li għadda Balotelli kien hedded li jitlaq mill-grawnd wara li kien vittma ta’ abbuż razzjali f’logħba kontra Hellas Verona.